Skip to main content

Dwarna

Servizzi offruti mil-OCVO

Bħala l-awtorità regolatorja ewlenija tas-settur, l-OCVO tinkoraġġixxi u tesiġi l-governanza tal-organizzazzjonijiet volontarji u l-attivitajiet tagħhom sabiex jissaħħaħ u jiġi protett il-funzjonament tal-volontarjat immirat lejn il-kisba tal-ġid akbar u komuni aħħari.

Il-mandat tagħna jvarja mir-regolamentazzjoni tas-settur sal-provvista ta’ servizzi, appoġġ u għajnuna lis-settur matul il-ħajja kollha ta’ kull organizzazzjoni volontarja, bl-għan ewlieni li jiġi żgurat li l-iskop soċjali aħħari tal-organizzazzjoni volontarja jkun qed jitwettaq filwaqt li tkun osservata bis-sħiħ il-liġi tagħna.


Issib Aktar

MIN AĦNA

Iltaqa’ mat-Tim Eżekuttiv

Wara kull entità hemm tim dedikat li jġib miegħu passjoni, ħiliet varjati u mpenn lejn kull ma jagħmlu. It-tim tagħna jaħdmu flimkien ghal għan wieħed biex jipprovdu l-aqwa servizz u esperjenza lill-komunità volontarja. Kun af lin-nies li jixprunaw il-missjoni tagħna l’quddiem  u jagħmlu kollox possibbli.

Issib Aktar
team-people.webp

MISTOQSijiet FREKWENTI

It-tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek

Napprezzaw li jista’ jkollok xi mistoqsijiet, għalhekk ippreparajna l-ħames mistoqsijiet l-aktar komuni bi tweġibiet veloċi, ċari u sempliċi biex ngħinuk.

Jekk ma ssibx dak li qed tfittex, ikkuntattjana fuq vo@gov.mt – kuntenti nghinuk! 

Ara l-Mistoqsijiet Frekwenti kollha

L-5 mistoqsijiet l-iktar mibgħuta:

Organizzazzjoni volontarja hija waħda li titwaqqaf:

  • Għal skop soċjali inkluż benefiċċju pubbliku;
  • Bħala mhux għall-profitt;
  • Volontarjament;
  • B’mod indipendenti u awtonomu mill-Gvern.

Organizzazzjonijiet volontarji jistgħu jiġu stabbiliti fi tliet formoli legali:

  1. Assoċjazzjoni: Ftehim bejn 3 persuni jew aktar biex jilħqu għanijiet definiti b’riżorsi dedikati. Għandha l-patrimonju tagħha.
  2. Fondazzjoni: Twaqqif bil-miktub biex l-assi jiġu dedikati għal skop speċifiku jew għal benefiċjarji. Biss fondazzjonijiet għal skop pubbliku jistgħu jiġu nrollati.
  3. Trust: Il-proprjetà tinżamm minn trustee għal benefiċċju ta’ oħrajn jew għal skop karitattiv. Biss trust karitattivi huma eliġibbli.

  • L-Assoċjazzjonijiet: Iva, b’dritt ta’ vot.
  • Fondazzjonijiet u Trusts: Le, jistgħu jkollhom volontiera jew kontributuri biss (bla dritt ta’ vot).

Din hija ittra formali li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord biex jinnrollaw:

"Aħna, hawn taħt iffirmati... nirriżolvu li ninnrollaw l-organizzazzjoni..." Trid tkun iffirmata u datata minn kull membru tal-kumitat bid-dettalji sħaħ tagħhom.

Għandu jikkonforma ma':

  • It-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili;
  • Att dwar Trusts u Fiducjarji (jekk applikabbli);
  • Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji.