Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kategoriji ta’ Dokumenti li l-Entità tipproċessa
(inklużi dokumenti eżenti)
Libertà tal-Informazzjoni
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO)
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) huwa magħmul kif ġej:
(inklużi dokumenti eżenti)
Intent, Pre-Enrolment and Enrolment
Voluntary Organisations’ Files, including annual returns
Compliance
Charity Shops
Public Collections
Legal, Investigations and Monitoring
Human Resources
Procurement
Information Technology
Research
Talba magħmula lill-OCVO, skont l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kapitolu 496 tal-Liġijiet ta’ Malta), għandha, kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn għoxrin jum tax-xogħol mid-data li fiha tintlaqa’ t-talba mill-awtorità, tiġi deċiża jekk it-talba għandhiex tingħata u, jekk iva, b’liema mod u għal liema ħlas (jekk hemm), u tinforma lill-applikant skont l-Artikolu 10.
Fejn tintalab estensjoni tat-terminu skont il-Kap. 496, l-awtorità tista’ testendi d-deadline sa massimu ta’ erbgħin jum tax-xogħol u għandha tinforma lill-applikant bir-raġunijiet tal-estensjoni skont l-Artikolu 11.
Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni mogħtija, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tal-iskadenza, jista’ jressaq ilment lill-OCVO.
Il-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal tal-FOI tal-OCVO, li għandu jinforma lill-uffiċjal responsabbli. Dan tal-aħħar għandu jirrispondi lill-applikant fi żmien għaxar ijiem tax-xogħol mid-data tal-ilment.
L-Uffiċjal tal-FOI għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni dwar l-ilment. Jekk id-deċiżjoni li ma tingħatax l-informazzjoni tiġi kkonfermata, għandu jingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet.
Fejn l-ilment ikun relatat mal-format tal-informazzjoni jew l-estensjoni tal-iskadenza u d-deċiżjoni oriġinali tiġi kkonfermata, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.
L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċiżjoni jew jindirizza l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496).
Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna tal-Ilmenti biex jirrapporta nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi jew biex jintbagħtu notifikazzjonijiet. Fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi sodisfatta imma ma saretx fi żmien l-iskadenza stabbilita mil-liġi, l-Uffiċjal tal-FOI għandu jħassar kwalunkwe tariffa applikabbli.
L-Uffiċjali tal-FOI tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji jistgħu jiġu kkuntattjati permezz ta’:
Il-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi lill-OCVO permezz ta’: