Għan
L-għan tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju huwa li jappoġġja l-iżvilupp ta’ settur volontarju u komunitarju billi jkun aktar effettiv u effiċjenti f’Malta u Għawdex permezz tal-għoti ta’ firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ u ta’ ghajnuna sabiex tinbena l-kapaċità, inkluż informazzjoni, pariri u taħriġ. Jimmira wkoll li jappoġġja l-iżvilupp ghal settur volontarju u komunitarju aktar influwenti u koeżiv f’Malta u Għawdex billi jiffaċilita n-networking u s-sħubija fi ħdan is-settur u s-setturi privati u pubbliċi. Il-Kunsill twaqqaf permezz tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kapitolu 492 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Dikjarazzjoni tal-Missjoni
Li nappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur volontarju billi jkun aktar effettiv u effiċjenti f'Malta u Għawdex permezz tal-għoti ta' firxa ta' servizzi ta' appoġġ ta’ ghajnuna sabiex tinbena kapaċità, inkluż informazzjoni, pariri u taħriġ. Aktar informazzjoni dwar il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju tista' tinkiseb permezz tal-websajt tagħhom.