Is-Sur Roderick Agius
Director (Support Services)
Is-Sur Roderick Agius bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Director Support Services. Ilu jaħdem fl-OCVO minn Ġunju tal-2018. Qabel, ħadem fil-qasam tal-edukazzjoni u s-servizzi edukattivi.
Roderick ilu involut fl-Organizzazzjonijiet Volontarji sa mill-1988. Ħadem kemm ma’ organizzazzjonijiet lokali kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet pan-Ewropej fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u l-ġustizzja soċjali.
Roderick għandu lawrja ta’ Master's fil-Politika Pubblika.