Dr. Joseph Ciappara
Head Investigations
Dr. Joseph Ciappara bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Head Investigations. Ilu jaħdem mal-OCVO minn April tal-2019, fejn jiffoka fuq l-investigazzjonijiet u l-monitoraġġ tas-settur volontarju.
Joseph ilu involut fl-organizzazzjonijiet volontarji sa mill-2002 u bħalissa huwa wkoll voluntier bħala pumpier fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Għandu lawrja fil-Filosofija u l-Psikoloġija; lawrja fit-Teoloġija; Master's fl-Arkeoloġija u x-Xjenzi Biblika; u Dottorat fit-Teoloġija.
Qabel dan, ħadem fil-qasam edukattiv u bħalissa jgħallem il-Lingwi Biblika u t-Testment il-Qadim fl-Università ta’ Malta.