Skip to main content

OCVO

Kif Tmexxi Organizzazzjoni Volontarja

Biex tmexxi organizzazzjoni volontarja b’mod effettiv, l-organizzazzjoni trid tiddetermina l-viżjoni u l-missjoni tagħha, tiżgura governanza soda, b’ regoli ċari u teleġġi bord iddedikat, sabiex tħeġġeġ kultura ta’ trasparenza u kura għall-volontiera, twaqqaf sistemi effettivi ta’ ġestjoni u rendikont finanzjarju, tirrekluta u tappoġġja l-volontiera, u tissorvelja u tevalwa b’mod kostanti l-operazzjonijiet tagħha. 

Governanza u Tmexxijja

  • Tistabbilixxi missjoni u viżjoni ċara:
    L-iskop, l-għanijiet, il-valuri u l-prinċipji etiċi tal-organizzazzjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar fl-istatut tagħha.

  • Twaqqaf Kumitat li jmexxi:
    Dan il-kumitat li jaħdem b’mod volontarju ghandu jipprovdi sorveljanza, jieħu deċiżjonijiet u jaġixxi fl-aħjar interess tal-organizzazzjoni.

  • Tiżgura responsabbiltà u trasparenza:
    L-organizzazzjoni għandha tippubblika b’mod ċar ir-rekords u l-kontijiet finanzjarji tal-għaqda biex tibni fiduċja mal-fundaturi, il-benefiċjarji u l-pubbliku, u tissottometti r-Rendikonti Annwali lill-OCVO fil-ħin kif meħtieġ mill-liġi biex tikseb il-Konformita.


Tmexxijja tal-Voluntiera

  • Tqabbad l-voluntiera t-tajba:
    Tfittex individwi b’ħiliet, talenti u interessi speċifiċi li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni, inkluż id-dejta dwar kwalifiki, ħiliet u lingwi.

  • Tagħti definizzjoni ċara tal-irwoli u x-xogħlijiet:
    Kull min huwa involut fl-għaqda volontarja għandu jkun jaf “min qed jagħmel xiex u sa meta” biex jiġu evitati konfużjoni u frustrazzjoni.

  • Tħeġġeġ ambjent ta’ sapport għall-voluntiera tagħha:
    L-organizzazzjoni turi sapport lejn il-voluntiera bħala individwi, u tħeġġeġ kultura ta’ trasparenza fejn in-nies iħossuhom komdi li jgħidu le għal xogħol li ma jistgħux jew m’għandhomx jagħmlu.

  • Toħloq taħriġ u appoġġ:
    L-organizzazzjoni għandha tipprovdi riżorsi u taħriġ lill-voluntiera biex itejbu l-ħiliet tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-organizzazzjoni. Servizzi ta’ taħriġ huma pprovduti wkoll mill-OCVO u mill-Kunsill Malti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (MCVS).


Tmexxija ta’ Riżorsi u Finanzi

  • Timplimenta kontrolli finanzjarji b’saħħithom:
    L-organizzazzjoni għandha żżomm kont bankarju dedikat għal kull transazzjoni u tagħmel użu  minn flus kontanti l-inqas possibbli.

  • Tuża l-baġits bi pjan:
    Il-baġits għandhom jintużaw bħala għodda ewlenija għall-gestjoni u l-kontabilità, biex jinkisbu l-għanijiet u tiġi assigurata l-stabbiltà finanzjarja fit-tul. L-stabbiltà finanzjarja tiġi diskussa fi stadju ta’ Intent qabel l-iskrizzjoni tal-organizzazzjoni fejn pjan finanzjarju b’saħħtu huwa essenzjali għall-eżistenza fit-tul tal-għaqda volontarja.

  • Tfittex riżorsi b’mod strateġiku:
    L-organizzazzjoni għandha tiżviluppa pjan għal-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex tkun tista’ twettaq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u tinkoraġġixxi l-involviment tal-voluntiera.


Kif taħdem u tiġi evalwata l-organizzazzjoni volontarja

  • Toħloq mekkaniżmi għall-gestjoni ta’ konflitti:
    Għandha tistabbilixxi proċessi ċari biex jiġu solvuti d-differenzi u tiġi mħarsa l-ġustizzja fil-grupp tal-voluntiera.

  • Iżżomm il-konformita:
    L-organizzazzjoni volontarja trid tissodisfa r-rekwiżiti legali u tissottometti r-Rendikont Annwali u finanzjarji kollha lill-OCVO.