Skip to main content
Is-Sinjura Marika Farrugia

Is-Sinjura Marika Farrugia

Director (Annual Returns, International Affairs and Research)

Is-Sinjura Marika Farrugia bħalissa hija responsabbli mit-tmexxija u l-ġestjoni tal-Annual Returns, International Affairs & Research, inkluż ix-xogħol relatat ma’ Moneyval u l-FATF. Marika ngħaqdet ma’ dan l-Uffiċċju f’Ġunju tal-2009 bħala Segretarju Eżekuttiv għall-Kummissarju, biex tassistih fid-dmirijiet tiegħu bħala regolatur tas-settur volontarju, kif ukoll fl-amministrazzjoni ġenerali tal-Uffiċċju.

Qabel il-kariga attwali tagħha, fl-2013 Marika ħadet il-pożizzjoni ta’ Maniġer tas-Servizzi ta’ Appoġġ, fejn kienet responsabbli mis-Servizzi Korporattivi tal-Uffiċċju, il-ġestjoni ġenerali, l-operat u xogħol ta’ riċerka, li kienu jinkludu r-Riżorsi Umani, it-Taħriġ, il-Finanzi, l-Akkwist, ir-Rapport Annwali, ir-Riċerka u xogħol relatat ma’ Moneyval, filwaqt li kompliet tassisti lill-Kummissarju fid-dmirijiet tiegħu ta’ regolazzjoni tas-settur volontarju.

Qabel ma ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, Marika ħadmet fis-settur privat mal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO. Bejn l-2004 u l-2009, Marika ħadmet fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani, Taħriġ u Żvilupp tal-Karriera bħala Assistent Kap, kif ukoll bħala Kap tal-Unità tat-Taħriġ u l-Iżvilupp tal-Karriera, fejn kienet ukoll responsabbli għall-kwistjonijiet relatati mar-Riżorsi Umani tal-istess unità.

Bejn l-2001 u l-2004, Marika ħadmet mal-Maltacom Training College (kumpanija sussidjarja ta’ Maltacom plc) bħala Eżekuttiv tal-Marketing, fejn kienet responsabbli mill-promozzjoni tal-Kulleġġ kemm fis-suq lokali kif ukoll f’dak internazzjonali, fejn kienu jitħarrġu impjegati kemm Maltin kif ukoll barranin. Kienet ukoll membru fil-Kumitat tal-Kwalità ISO 9001:2000.

Fl-1993, Marika nħatret bħala Uffiċjal tal-Marketing ma’ Maltacom plc, u fl-1999 ġiet promossa bħala Brand Manager responsabbli għall-marketing ta’ diversi servizzi ta’ Maltacom. Hija wkoll ivvjaġġat f’diversi pajjiżi għal xogħol relatat mal-promozzjoni ta’ dawn is-servizzi, fejn kisbet esperjenza estensiva f’dan il-qasam.

Bejn l-1978 u l-1993, Marika ħadmet bħala Eżekuttiv tar-Reklamar mal-Public Broadcasting Services u aktar tard ġiet promossa biex tassisti u tiddeputizza lill-Kap tad-Dipartiment tar-Reklamar.

Marika għandha Master's of Science b'Distinction mill-Università ta’ Leicester.