Skip to main content
Is-Sinjura Cynthia Ann Dako Ellul

Is-Sinjura Cynthia Ann Dako Ellul

Head Intent, Inter Regulatory Liaison, Enrolment & Classification

Is-Sinjura Cynthia Ann Dako Ellul bħalissa hija Head Intent, Inter Regulatory Liaison, Enrolment & Classification. Hija ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f’Marzu tal-2021 bħala Maniġer (Ġbir ta’ Fondi Pubbliċi).

Cynthia Ann għandha diversi snin ta’ esperjenza professjonali fit-tmexxija ta’ timijiet f’diversi setturi, kemm fil-prodotti kif ukoll fis-servizzi. Hija turi interess qawwi fil-ġestjoni tan-negozju u fl-għajnuna lill-kumpaniji biex ikunu aktar suċċess, ħaġa li wriet ruħha utli ħafna biex tappoġġa u tiggwida lill-organizzazzjonijiet fl-istabbiliment tagħhom u fil-ġestjoni effettiva tagħhom.

Cynthia Ann għandha BA fil-Komunikazzjoni u MA fil-Komunikazzjoni Integrata għall-Marketing mill-Università ta’ Malta. Eventwalment kompliet l-istudji tagħha u kisbet Diploma Professjonali fil-Marketing Diġitali.