Skip to main content

LEĠISLAZZJONI

L-ATT DWAR L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI

Il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet volontarji taħt il-liġi Maltija huwa rregolat mill-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Din il-liġi ġiet introdotta fl-2007 permezz tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kapitolu 492 tal-Liġijiet ta’ Malta), bl-intenzjoni li tirregola settur wiesa’ li sa dak iż-żmien kien operat mingħajr qafas legali ċar. Din il-liġi stabbiliet ukoll l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, li huwa l-awtorità responsabbli mill-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji.

L-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jaħdem ukoll flimkien mat-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Sib Aktar

LEĠISLAZZJONI

AVVIŻI LEGALI

Bl-introduzzjoni tas-Sottoliġi 492.01 (Regolamenti dwar id-Dikjarazzjonijiet Annwali u l-Kontijiet Annwali) tal-2012, l-organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huma issa legalment obbligati li jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet annwali u l-kontijiet tagħhom b’mod korrett u fil-ħin kull sena. L-introduzzjoni ta’ din is-Sottoliġi rrappreżentat sfida ġdida għall-organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati, kif ukoll aktar responsabbiltà għall-Uffiċċju tal-OCVO, kemm bħala regolatur tas-settur kif ukoll bħala mexxej għall-organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati.

Is-Sottoliġijiet 492.03 u 492.04 jirregolaw il-Ġbir ta’ Fondi Pubbliċi u l-Ħwienet tal-Karità rispettivament.