Skip to main content
Is-Sinjura Riona Bruno

Is-Sinjura Riona Bruno

Chief Officer (Internal Operations)

Is-Sinjura Riona Bruno hija Prattiċista fil-Psikoloġija Organizzattiva b’professjoni. Hija kisbet Baċellerat fil-Psikoloġija mill-Università ta’ Malta fl-2018 u kompliet l-istudji tagħha billi kisbet Master of Science fil-Psikoloġija Okupazzjonali mill-Università ta’ Leicester fl-2022.

Riona dejjem kienet impenjata b’mod qawwi fis-settur soċjali u kontinwament fittxet opportunitajiet f’dan il-qasam. Hija qattgħet aktar minn tliet snin fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES), fejn kellha diversi rwoli li saħħew l-esperjenza tagħha f’appoġġ soċjali u edukattiv. Wara dan, ħadmet bħala Eżekuttiva tal-Marketing III fil-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), fejn kienet responsabbli mill-promozzjoni tal-inizjattivi tal-Fondazzjoni u mill-għarfien tal-pubbliku dwar is-servizzi soċjali ta’ valur li tipprovdi.

Minn Ġunju tal-2020, Riona saret parti mill-OCVO. Hija inizjalment ingħaqdet bħala Manager Investigations Unit. Wara li temmet il-Master tagħha, ħadet ir-rwol ta’ Manager Rizorsi Umani, matul il-perjodu tal-kariga tagħha żviluppat l-ewwel Policies and Procedures Manual tal-Entità. Ir-rwol tagħha mbagħad kiber biex tinkludi t-tmexxija tar-Riżorsi Umani, kif ukoll tal-Finance, Procurement, and Administration Units, li eventwalment evolvew fil-kariga attwali tagħha bħala ‘Chief Office (Internal Operations)’. F’din il-kariga, Riona tissorvelja l-funzjonijiet interni kollha tal-Entità, u tiżgura li l-Units kollha joperaw b’mod effiċjenti u effettiv biex jappoġġjaw il-missjoni tal-Entità.

Minbarra x-xogħol professjonali tagħha, Riona sservi wkoll bħala membru tal-Bord tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Qari, fejn tikkontribwixxi bl-esperjenza tagħha għall-avvanz tal-litteriżmu u l-iżvilupp edukattiv fuq livell nazzjonali.