Skip to main content

Libertà tal-Informazzjoni

Entità Pubblika

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO)


Deskrizzjoni tal-Istruttura tal-Entità

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) huwa magħmul kif ġej:

  • Annual Returns and Annual Accounts, International Affairs and Research
  • Central Information Management & Analysis and Technology
  • Intent, Pre-Enrolment, Inter-Regulatory Liaison, Enrolment and Classification
  • Legal, Compliance and Investigations
  • People – HR, Finance and Administration
  • Support Services


Deskrizzjoni Ġenerali tal-Kategoriji ta’ Dokumenti li l-Entità tipproċessa 

(inklużi dokumenti eżenti)

Intent, Pre-Enrolment and Enrolment

Voluntary Organisations’ Files, including annual returns

Compliance

Charity Shops

Public Collections


Legal, Investigations and Monitoring

Human Resources

Procurement

Information Technology

Research


Proċedura

Talba magħmula lill-OCVO, skont l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kapitolu 496 tal-Liġijiet ta’ Malta), għandha, kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn għoxrin jum tax-xogħol mid-data li fiha tintlaqa’ t-talba mill-awtorità, tiġi deċiża jekk it-talba għandhiex tingħata u, jekk iva, b’liema mod u għal liema ħlas (jekk hemm), u tinforma lill-applikant skont l-Artikolu 10.

Fejn tintalab estensjoni tat-terminu skont il-Kap. 496, l-awtorità tista’ testendi d-deadline sa massimu ta’ erbgħin jum tax-xogħol u għandha tinforma lill-applikant bir-raġunijiet tal-estensjoni skont l-Artikolu 11.

Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni mogħtija, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tal-iskadenza, jista’ jressaq ilment lill-OCVO.

Il-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal tal-FOI tal-OCVO, li għandu jinforma lill-uffiċjal responsabbli. Dan tal-aħħar għandu jirrispondi lill-applikant fi żmien għaxar ijiem tax-xogħol mid-data tal-ilment.

L-Uffiċjal tal-FOI għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni dwar l-ilment. Jekk id-deċiżjoni li ma tingħatax l-informazzjoni tiġi kkonfermata, għandu jingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet.

Fejn l-ilment ikun relatat mal-format tal-informazzjoni jew l-estensjoni tal-iskadenza u d-deċiżjoni oriġinali tiġi kkonfermata, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.

L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċiżjoni jew jindirizza l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Kap. 496).

Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura Interna tal-Ilmenti biex jirrapporta nuqqas li jintlaħqu l-iskadenzi jew biex jintbagħtu notifikazzjonijiet. Fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi sodisfatta imma ma saretx fi żmien l-iskadenza stabbilita mil-liġi, l-Uffiċjal tal-FOI għandu jħassar kwalunkwe tariffa applikabbli.

Dettalji tal-Uffiċjal tal-FOI

L-Uffiċjali tal-FOI tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji jistgħu jiġu kkuntattjati permezz ta’:

  • Email: foi.cvo@gov.mt
  • Telefon: 23884500 / 1
  • Email: foi.cvo@gov.mt
  • Il-Portal tal-FOI: www.foi.gov.mt (bl-użu tal-e-ID)
  • Formola online

Informazzjoni oħra

Il-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi lill-OCVO permezz ta’:

  • Email: foi.cvo@gov.mt
  • Il-Portal tal-FOI: www.foi.gov.mt
  • Għal aktar informazzjoni dwar l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni żur: www.foi.gov.mt

Dettalji tal-Kuntatt tal-Awtorità Pubblika Indirizz:

Indirizz

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Sajjan Lane, Triq Nazzjonali, Ħamrun, HMR 1680, Malta

Numru tat-Telefon Ġenerali:

23884500 / 1

Indirizz tal-Email għall-FOI:

foi.cvo@gov.mt

Indirizz tal-Email Ġenerali tal-OCVO:

vo@gov.mt