Skip to main content
Dr. Raiza Oncu

Dr. Raiza Oncu

Chief Officer (Regulatory, Services & Policy)

Dr. Raiza Oncu hija avukata bil-professjoni, wara li kisbet il-Bacellerat tal-Ligi fl-2011, id-Diploma bħala Nutar Pubbliku fl-2012, u d-Dottorat tal-Ligi fl-2014. Kisbet il-licenzja biex teżerċita bħala avukata fl-2015.

Matul is-snin, ħadmet f’diversi setturi fosthom f’litigazzjoni ġenerali, fil-liġi tal-proprjetà intellettwali, u wkoll ħadet sehem f’diversi inizjattivi kummerċjali. Hija tagħti wkoll lectures f’diversi oqsma tal-liġi. Tul is-snin, ħadet sehem f’attivitajiet volontarji differenti, u dan beda minn età żgħira ħafna.

Qabel inkarigu tagħha bħala Chief Officer, Raiza – li ilha taħdem fl-OCVO minn Diċembru 2020 (bħala Senior Manager – HR) – kienet f’kariga ta’ tmexxija tad-Direttorat PPPID sa minn Novembru 2021, fejn kienet responsabbli biex tissorvelja r-riżorsi umani, il-finanzi, l-amministrazzjoni, l-ICT u r-Reġistru tal-Uffiċċju. Kienet ukoll responsabbli mill-Intent, Pre-Enrolment, Inter-Regulatory Liaison, Enrolment u s-sezzjonijiet tal-Klassifikazzjoni. Barra minn hekk, id-Direttorat PPPID kien fdat bir-riforma nazzjonali li tikkonċerna s-settur volontarju.

Bħalissa, Raiza hija c-Chief Officer (Regulatory, Services & Policy), fejn hija primarjament responsabbli mit-tmexxija tal-operat kollu tal-uffiċċju bl-appoġġ tad-Diretturi u Kapijiet. Hija tibqa’ wkoll responsabbli mit-tmexxija tar-riforma nazzjonali relatata mas-settur volontarju. Din ir-riforma, fil-fatt, hija vjaġġ konsultattiv nazzjonali li l-OCVO daħal għalih flimkien mal-partijiet interessati ewlenin u mal-pubbliku inġenerali, li mhux biss se jwassal għal qafas leġislattiv ġdid, imma għandu l-għan li jibni settur volontarju sostenibbli.