Skip to main content
Dr. John Seychell Navarro

Dr. John Seychell Navarro

Director (Legal Services)

Dr. John Seychell Navarro studja s-Saħħa Ambjentali u ggradwa fil-Xjenza tas-Saħħa mill-Università ta’ Malta fl-2000. Huwa ġie ammess fil-Bord għall-Professjonijiet Komplementari għall-Mediċina f’Awwissu tal-istess sena. Fl-2003 kiseb Diploma fil-Ġestjoni mill-Università ta’ Malta. Fl-2006 ggradwa bħala Bacellerat fil-Ligi u fl-2007 kiseb Diploma bħala Nutar Pubbliku. Fit-5 ta’ Novembru 2008 kiseb liċenzja biex jgħallem dwar is-Sikurezza tal-Ikel, u fil-15 ta’ Diċembru 2009 kiseb liċenzja bħala professjonist fis-Saħħa Ambjentali.

Huwa wkoll ġie maħtur bħala espert għat-Tribunal Amministrattiv fit-27 ta’ Frar 2009 – kariga li ġiet irrinovata sal-lum. Fl-2009, ggradwa bħala Dottur fil-Liġi u fit-22 ta’ Frar 2010 kiseb il-warrant biex jeżerċita bħala Avukat.

John beda jaħdem bħala Uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali mill-2000 u ġie promoss għal Senior Environmental Officer fl-2006. Fl-2009 inħatar bħala Deputat Reġistratur fil-Qrati tal-Ġustizzja u fl-2013 bħala Assistent Reġistratur tal-Qorti Kriminali u t-Tribunali. Waqqaf l-Unità tal-Ġestjoni tal-Assi fil-Qrati tal-Ġustizzja u daħħal proċedura ġdida għal kollox għall-Asset Tracing fil-proċedimenti kriminali.

Fl-2015 inħatar Deputat Direttur tal-Aġenzija għar-Rkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau), u f’Novembru tal-2018 beda jaħdem mal-OCVO bħala Senior Legal Officer. F’Mejju 2019, inħatar bħala Direttur tas-Servizzi Legali tal-OCVO. Huwa jgħallem ukoll ma’ Jobsplus u l-Università ta’ Malta.

John attenda bosta konferenzi f’Malta u barra minn Malta fuq temi varji fosthom is-Sikurezza tal-Ikel, Ġestjoni tal-Iskart, Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u Rkupru tal-Assi.

Bħalissa huwa responsabbli mil-unit, Legal Services.